Friday 18 May 2018




Hekk Ngħaddi Ż–Zmien ta’ Ħajjti.

Hekk ngħaddi ż-żmien ta’ ħajjti
Bħalma jgħaddi u jgħix kullħadd.
Jekk trid tfittex l-infinit
biżżejjed tgħalaq ftit għajnejk.
Minn xħin jisbaħ sa ma jidlam
dawra mejt mal- karussel,
min hu ġej u min hu sejjer
tajjeb biss minn jibqa’ hawn.
Hekk ngħadduha din il-ħajja
iggranfati ma xuxlin,
jgħaddu s-snin, jintesa’ kollox
jiftakruk jekk tħalli d-dejn.
Jiena nħobbok bħalma nħobb
kull ħaġa moħbija
fil-misteru ta’ bejn id-dlam u  bejn ir-ruħ.
Jien u int irridu nixxiebħu
ma kull kelma li ntennu
inkella tibqa’ tgerger mid-distanza
iżda l-ebda ġeometrija mhux se ttaffi l-assenza.

Alfred Grech,
19/05/2018

No comments:

Post a Comment