Tuesday 15 May 2018




Tocco d’oro.

Irrid inbiddlek f’biċċa xogħol tal-arti
mhux għax m’intix ħolqien tal-abbundanza.
Immissek bħalma jmissek b-idu Midas
u kollox sar tad-deheb fl-eżuberamza.
U xħin inqiegħed lilek fuq il-mambar
l-akbar profeta sirt, kulħadd jiskanta:
kullħadd idur madwarek għaliex tibqa’
xbieha oħra minquxa ġewwa t-tafal
tal-alla falz li baqa’ lanqas jagħraf
is-sens tal-ħtieġa mis-sens tal-ħajja.

Alfred Grech
14/05/2018

No comments:

Post a Comment