Monday 14 May 2018





It-Tmiem.

It-tmiem mhux meta tiltaq
It-tmiem x’ħin meta ma tibqax tiftakar aktar,
U f’moħħok ma tiġik ebda xintila,
Inkella talba li tħassar it-tifkira.
Il-ħsieb kemm trid, irid jiġġerra
Bħalkieku kien xi għoqda fissa
Li ijassar lir-ruħ.
Il-ħsieb isir mina vaganti
Sħuna fl-għarar tax-xemx il-lejl.
Is-skiet jitkaxkar bhal serp kiefer fuq il-ġisem
Bil-petizzjoni ffirmata mwaħħla mal-gerżuma.
L-ebda kapott ma jsaħħan il-memorja
U lanqas jaqta’ l-bard tal-biża’ jterter.
Il-pori kollha jisfidaw lis-sema
Iraxxax xita dmugħ fuq ir-rużarju
Ssikkat bejn swaba jisma’ l-karba.

It-tmiem hu dawl fiċ-ċpar oħxon tal-periferija
Fejn il-fanali tal-karozza jiġru sfrenati wara l-vittma
U f’daqqa waħda tara kif jintefa’ univers.
Ir-riħ ħa nifs qawwi u sab il-melodija li kien jistenna,
Li baqgħet imdendla bħal ġagħwra fuq il-qalb.

Alfred Grech
14/05/2018

No comments:

Post a Comment