Wednesday 2 January 2019


X’Ikun il-Vojt Li Tħalli.

X’ikun il-vojt li tħalli x’xħin titlaqni?
Il-ħofra fonda, fonda ta’ bla qiegħ,
il baħħ li lanqas għandu kantunieri
jew il-frammentazzjoni ta’ mera li saret biċċiet?
Kien hemm dwejjaq, kien hemm dmugħ
iżda jien ma qagħadtx nistaqsi
jekk stajtx ngħix il ħajja solitarja
nitkellem miegħi stess jew ma xi ħadd mistħajjel
inkella nidwi l-ħsejjes primordjali tal-univers.

Xħin tlaqt int ħassejt il-baħħ
bla staqsejt il-baħħ x’ikun,
bla staqsejt jien x’kien jonqosni
u jekk din kientx il-weġgħa
ta’ min ħa bil-kbir  għalih
jew jekk kellekx minn dak li xtaqt.

U mbagħad staqsejt jekk kellix nitelaq mal-kurrenti
u nħoss bħalma jgħidu l-għandu jħoss kullħadd
jew nagħmel ta’bir-ruħi
wara din it-telfa’

Alfred Grech
02/02/2019

No comments:

Post a Comment