Friday 18 January 2019


Related image

Saħta Tal-Allat.

Issa li ġejt u rajt kullma kien hemm x’tara
Tirtab il-molla li mbuttatek
Biex terġa’ tħares f’wiċċ l-għadira
U tara jekk ix-xbiegħa mbidlitlx
Jew jekk huwiex il-wiċċ qadim li kellek dari
Inkella maskra ġdida li sebqithu
Li xxidd kull tant u tant sabiex tingħoġob
U tara n-naħħa l-oħra tal-munita.

Issa li ġrejt il-ġirja kollha
U qtajt in-nifs, wasalt fejn kont wasalt
Għal ħafna drabi
Taħsibx lli dan hu ċirku tond
Li jdur f’burdati ta’ kull żmien u kull staġun?

Dan jista’ jkun ukoll dbandil fil-vojt
Tal-pendlu mingħajr ħabel
Jew għandek bżonn mingħand l-allat
In-nar biex toħroġ minn ġo fik
Il-ġenju  mlebbet.

Jekk għadek fejn kont qabel
Ittella l-istess ġebla
Din mhix għajr saħta tal-allat.

Alfred Grech
18/01/2019

No comments:

Post a Comment