Wednesday 23 January 2019




Hekk biss Ħabib  Ta’ Qalbi.


Hekk biss ħabib ta’ qalbi,
Man-nies qiegħdin nagħmluha
Kulħadd fil-ġenna tiegħu
Trid tara kif jifhmuha.


Jekk lanqas nafu x’ġejt tagħmel
Bilfors li trid tistaqsi,
Għax kollox sar tal-għaġeb
Ma jafhu dan ħadd daqsi.

Ridt nagħmel xi ċaqliqa
Tal-kwiekeb li bdew jaqgħu
Jililgħu sa f’wiċċ l-ilma
 U Wara ftit jinfaqgħu


Il-boħod mill-ġenn tal-folla
l-Istat li jrid jiddetta
u kontra kull raġuni
jew jaħkem bil-vendetta.

Jien ngħix ġo dil-bużżieqa
biex ninsa’ li qed f’dinja
fid-dawl  trasfiguranti
Biex  barra ħriġt mil-linja.

Alfred Grech
23/01/2019

No comments:

Post a Comment