Saturday 5 January 2019




Is-Skiet Tiegħek.

Is-skiet tiegħek xħin tersaq lejja
huwa stunat aktar
mis-solitudni qadima tiegħi.
Is-skiet tiegħek jitkellem waħdu
sabiex jibgħat messaġġ li ma tifhimux
li tifhmu jekk trid, kif trid,
inkella kull kif tista’ tifhmu.

Il-ħarsa tiegħek bħal ta’ xi Dea
li tiġi fuq il karru trijonfanti
jilma fid-dawl tax-xemx
sabiex tagħmini.

Nistgħu noqgħodu hawn
nitkellmu dwar xewqat antiki
u dak li missna għamilna u m’għamilniex
taħt l-għata mieles
tal-kwiekeb li jishru.

Alfred Grech
06/02/2019.

No comments:

Post a Comment