Thursday 24 January 2019




Kemm Nixtieq.

Kemm nixtieq li nerġa lura
Fuq il-ġwienaħ tal-mistħija
Qalb iċ-ċpar fl-aberrazzjoni
Bla ma nagħmel mistoqsija.

Mhux ninnġarr biss mill-kurrenti
Iżda nżommok fiss f’għajnejja,
Jew niggranfa mal-iskolji
Jew nistenna lilek ġejja.

Ma nixtieqx indur id-dawra
Iżda noqgħod waħda, waħda,
Ngħodd iż-żibeġ tal-kuruna
Jew nixtarr  id-dieq taċ-ċaħda.

Alfred Grech
24/01/2019

No comments:

Post a Comment