Friday 18 January 2019


Related image

Hemm Int.

Jien naf li l-aqwa sfida
li nagħraf min hu qrib,
Nittawwal ftit madwari
biex nara x’nista’ nsib.

Hemm int daqs l-ibghat kewkba
li tiddi b’dawl għajnejk,
U dak li jtennu l-anġli
qed jiżfen fuq xofftejk.

Hemm int li tissorprendi,
Hemm int li taf xi trid,
Hemm int ma kull buffura
tar-riħ li qed iżid.

Alfred Grech
18/01/2019

No comments:

Post a Comment