Sunday 27 January 2019


Filwaqt.

Filwaqt li ta’ l-Istampa
jżommu l-bilanċ,
ikejjlu biss b’xibirhom biex jaraw
ta’ min l-aħjar affari,
il Malti megħedi mxaħxaħ
fin-nagħas tal-opulenza
u fl-għass tal-affluwenza.

Filwaqt li dawk ibiegħu
ħwejjiġna ’l-barranin
aħna bqajna hawn intiru
fuq ġwienaħ ta’ farfett.

Filwaqt li dawk iħarbtu
u jibnu bil-konkrit
aħna konna hawn
nistħajjlu l-ġenna fl-art
biex sibna ruħna barra
mill-kanċelli tal-elite,
għax ma stajniex inħallsu
is-saqaf ta’ fuq rasna,
l-ilbies li kellna nilbsu
u l-ħobż li ridna nieklu.

Alfred Grech
27/01/2019.

No comments:

Post a Comment