Tuesday 11 September 2018


Image result for man sipping coffee on a boulevard

137.

X’jispara qisu vleġġa hsieb ix-xewqa
Filwaqt li qiegħed hawn fuq mejda waħdi,
Quddiemi nies għaddejja qishom f’ħolma
U jaħbtu ma xulxin fuq dil-bankina,
U inti mintix hawn iżżommli jdejja.
Int missek qiegħda fl-għajn ta’ min iħares
Inkella hawnhekk biex miegħi tista’ tishar.
Tkun int is-sieħba tiegħi tal-konkwista
Daqs trankwillant il-ħsieb li qiegħda ħdejja
Niżżeffen bla ma naf fuq il mewġ il-benna.
Aħjar li mintix hawn għaliex inkella
Ġo moħħi tibda tgeġweġ it-tfittxija
Biex lilek nagħmlek ħienja bla nintebaħ
Li hienja int kif int imqar mingħajri.

Alfred Grech
11/09/2018

No comments:

Post a Comment