Monday 10 September 2018





Le Tħallinix Hawn Waħdi.


Le tħallinix hawn waħdi
nistagħad għal ħut tal-qiegħ,
Jien dejjem ngħum f-wiċċ l-ilma
u nfittex ftit mistrieħ.

F’dal-baħar tal-enimmi,
qed naqdef imm’għalxejn
bejn Xilla u bejn Karibdi
u t-tort hu tagħna t-tnejn.

Le tħallinix nistaqsi
f’dal-baħar tal-inkwiet,
serpenti velenużi
f'burraxka li għaddiet.

Le tħallinix hawn waħdi,
fuq ħabel dritt stirat,
Miniex ekwilibrista
u lanqas ispirat.

Din hija sensazzjoni,
li magħha niggranfaw,
filwaqt li nsibu ruħna
fis-sqaq fejn tant spiċċaw.

Alfred Grech
01/09/2018

No comments:

Post a Comment