Tuesday 4 September 2018




Ninħbew Qiegħdin Mill- Ħars.

Ninħbew qiegħdin minn hars il-għajn
ninħbew fi ħdan din l-immanenza,
trasfigurati b’dak li rridu naħbu
u tnejn nistqarru lil xulxin li qed niftiehmu.
Int tinsa’ li xi darba kont għallimtni
li minnek jien ma nista’ naħbi xejn:
fuq wiċċek jien kont naqra
iktar milli nikteb stajt volumi.
Int tħares lejja bħal min jinsa,
Inti li taf tkun dak kollu li kulħadd iridek,
bħal meta teħel fi griżmejk xi  xewka
jew tibqa’ nieżel ġo l-abbiss tad-dalma
Ta’ spiera mħaffra bid-dnubiet  ta’ dari
tiggranfa għalxejn. . .   ħitan jiżolqu,
u bla ma nżajt il ħwejjeġ stajt nintebaħ bl-għera ta’ ruħħek.
U ntbaħna mbagħad ukoll m’aħniex weħidna
u li m’aħniex naqraw is-sinjali
ta’ żminijietna.

04/02018

No comments:

Post a Comment