Thursday 6 September 2018




Dil-Mewġa Trid Tobromna.

Dil-mewġa trid tobromna u mbagħad titfagħna
Fejn għad nitagħllmu nsawwtu lilna nfusna
F’infern sabiex nitgħallmu kemm nifilħu
Mingħajr ma nċedu fraka għas- sens tal-ħajja.

L-oħrajn idoqqu baqgħu landi vojta
U miegħi tgħaddi wieqfa labranzetta
Min-nofs tas-swali kbar illuminati
Bil-linef tat-taħwid u l-arroganza
Bir-rifletturi jnaqqxu l-injoranza,
Imwieżna b’kannizzata ta’ wiċċ b’ieħor
Fejn id-distanzi l-għadhom jifirduna
Jizdiedu ta’ kuljum fost dawk preżenti.

Inti titbissem it-tbissima bierda,
Bħax-xemx li ma ssaħħanx f’nofs ta’ nhar xitwi,
Tissemma fil-battal bis-sabar kollu
Bla ħeġġa biex ma tmurx iż-żlieġa tobrox
Li żżomm unita d-dinjita’ prekarja.

Alfred Grech
06/09/2018

No comments:

Post a Comment