Wednesday 12 September 2018






M’Hemm Xejn.

M’hemm xejn f’dan l-isjwallur ta’ ħajja
għajr dak li ntennu ta’ kull darba
dak li għalxejn fittixna ’l-bieraħ,
fit tfittxija għal-passi li ħaduna
xi darba fil-ġnien tal-Għeden.

M’hemm xejn fit-tranżizzjoni evanexxenti
li minna rridu għad nisiltu
id-dehera tas-sabiħ
biex tara mbagħad jinfaqa’ f’wiċċek
dak li mhux għal dejjem,
bħal-bieżaq tas-sapun itiru fl-arja
imbagħad issibi li l-ħajt li miegħu ixxabbatt
ma kienx jeżisti.

Alfred Grech
12.-9/2018

No comments:

Post a Comment