Sunday 2 September 2018




Redenzjoni.

Int sabiħa l-aktar
xħin tinfetaħ qisek warda
u tħalli l-qtar tan-nida jiġru
fuq xfar il-petali
bħall-għaraq fuq għajnejk.

U ma jgħaddix jum ieħor bla ma r-riħ
tat-tentazzjoni jistampali fuq ħaddejja
it-timbru ta’ xuftejk.

Jien nibqa’ hawnhekk
nonfoħ il-bżieaq tas-sapun
u ndoq vjolin ta’ ġrad li ntesa’
sakemm għad tiġi terġa’ int
 fuq dak  il karru tan-duħħan. . .
U hemm insib il-fidwa.

Alfred Grech
02/09/2018

No comments:

Post a Comment