Thursday 22 November 2018


Image result for a solitary walk

143.

U meta ser teħodni l-barra minni
Nnifsi,  jew tħawwilni f’dawk l-ambjenti
Fejn nista’ ngħix mill-ġdid imwieen minnek
Disorjentat kemm trid ġo ġungla folta
Maġenb il-barranin li lanqas nagħraf?
U kont ukoll immut jew nisparixxi
Li ma kontx naf l-hemm int li qed tmexxini
Tgħallimni l-ewwel passi ta’ tarbija
Il-bogħod mill-abitat li konna drajna
F’dal vjaġġ fid-dlam f’dil mixja solitarja.
Inti mbagħad mingħajr ma taf tkun tista’ ttenni
Dak kollu li bassart jew tirrepeti
Is-sewwa li ma tafx kif ser tfissirli.
Lilek, jixraq tassew li nsir inħobboka.

Alfred Grech
22/11/2018

No comments:

Post a Comment