Sunday 18 November 2018



Image result for bees
Naħal.

X’nitilfu, xħin nitilfu
lin-naħal invażat,
ir-riħa tal-kull warda
taż-żghar ivvelenat?

Għax smajna mill-esperti
Bexxejna kullimkien,
u blajna l-pestiċiji
Ma baqa’ xejn kif kien.

Bħal massa li trid timraħ
f’ambjent ikkastigat,
u tgħix ġol-barumbari
maħnuqa, u kollox fgat.

X’nitilfu xħin bħan-naħal,
indakkru ma nistgħux
bil-bio-inġinerija
għax nemmnu u ma narawx?

Imbagħad tassew xħin jitlaq
in-naħal fejn hu l-frott,
sabiħ u naturali
u t-togħma li trid trodd?

Bil-bio-inġinerija
kull ġuf fertilizzat
u kollox diġitali
għax sar sintetizzat.

Alfred Grech
18/11/2018

No comments:

Post a Comment