Tuesday 20 November 2018




Notturn.

F’nofs dan il-baħar bla konfini
Min jaf liema waħdi hija inti
Mill-kwiekeb qed ipetptu
Li trid turini t-triq tal-wegħediet fiergħa.
Jiena negħereq jekk nintebaħ
Li mintix hemm.
Idejk li ssoltu jmellsu  saru
rogħoda waħda
Imbagħad nisimgħu lill-xulxin
Imqar fis-skiet etern
Għalkemm ninsabu l-bogħod
Nisabul qrib
Għaliex il-bogħod hu biss fil-moħħ
Għal min bla fidi.
U l-moħħ ma jċedi qatt
Għas-skiet u t-tqanqiliet.
Int tkun taf jien x’irrid mit-ton ta’ leħni.

Alfred Grech
20/11/2018

No comments:

Post a Comment