Friday 23 November 2018


Image result for the sea speaks to you

Ikellmek il-Baħar.

Meta ma nkunx nafx x’naqbad ngħidlek
Ikelmek il-baħar.

Inti li titkellem bħal leħen ġej mis-sema
Mur aħtaf il-parċmina minn idejn
Is-sibilla tal-ilwien
Li tgħix bejn l-art u l-baħar.

Inti tista’ tibla l-kliem kollu
Li hemm minqux fuq kull mafkar
Fid-dlam tal-għalqa tal-mejtin
U l-istonku tiegħek qabar mimli
Iżda fuq xufftejk itiehem ħelu
Bħall-għasel.

Imbagħad trid mill-ġdid terġa’ lura
Fit-tbexbix ta’ għodwa mbiegheda
Riekba karru tal-fidda
Misjuq minn żiemel abjad
Biex tbassar il-ġejjieni.

Inti li bħali twelidt taħt in-nida ta’ sema mdardar
Tagħllimt timxi l-quddiem
Imqar mingħajr ma taf x’hemm jistennik.

Alfred Grech
23/11/2018

No comments:

Post a Comment