Wednesday 14 November 2018

Related image


Fejn Hu Tmien It-Trejjqa.

Fejn hu tmiem it-trejqa
F’din l-għera f’das-skiet
X’sar minnha l-imghażqa
X’sar minnu l-moħriet.

Ma baqa’ xejn x’tagħmel
Inkella fejn tmur
Mank baqa’ ftit ħdura
Fejn tiġri u ddur.

Għax kollox inbena
Jew  ġie żviluppat
Hekk ried is-suq ħieles,
jekk mhux simulat.

Din ekonomija
Li dejjem tiżdied
U tibqa’ tintefaħ
eżatt bħama bdiet.

X’se jsir minnu l-bidwi
jekk l-anqas biss l-art
ma fadal fejn jaħdem
li baqa’ biss blat.

Xejn aktar xi jpartat
Xejn aktar xi jbiegħ
Sa ruħu mar jirhan
Tar-kollox mar-riħ.

U meta se jħallas
Li xtara bid-dejn
Min ser jagħtiħ lura
Ii zergħa għalxejn.

Min se jdawwar lura
Dir-rota li bdiet
Hekk tkisser u tfesdaq
F’din l-għera f’das-skiet?.

Alfred Grech
14/11/2018

No comments:

Post a Comment