Tuesday 13 November 2018




Il-Laqgħa Tagħna.

Il-laqgħa tagħna ħabta u sabta
Bħal terrimot li jgħeżżeż
Vulkan li jirrimetti minn ġol vixxri
Il-lava taħraq ta’ tqanqiliet u episodji.

Il-ġmiel tiegħek jissorprendi
Jew jiżboq  dak tal-mara mitoloġika
Bint l-allat u nofsha bniedma
U wiċċek reġa’ xegħel il-ħmura ta’ filgħodu.
Jien nibqa’ l-vagabond infittex trejjqa ġdida
U inti l-kewkba ta’ filgħodu
Tirrifletti l-biża’ tiegħi.

Alfred Grech
13/11/2018





No comments:

Post a Comment