Friday 16 November 2018


Related image

Tul It-Telgħa Tal-Kalvarju

U ma tafx x’inħossu konna
meta naslu f’nofs it-telgħa,
inti ġġebbed, jiena ngħejja
bir bla qiegħ ma jridx jintela’?

Ma nafux għandniex inkomplu
bdejna ngħidu: Issa xbajna,
xejn ma tagħmel differenza
hekk jew hekk, għax issa drajna.

U ma tafx kif konna drajna
bla ma nafu għal xhiex ġejna,
sibna ruħna ma ħaddieħor
bla ma nafu fejn poġġejna?

Hekk ħassejna t-tnejn li bqajna,
hekk kull darba li niltaqgħu
int turini ħaġa b’oħra,
jien il bżieżaq li jinfaqgħu.

Hekk ħassejna bosta drabi
xħin jinfetaħ is-siparju,
Għax kien baqa’ ferm x’nitgħallmu
tul it-telgħa tal-kalvarju.

Alfred Grech.
16.11.2018

No comments:

Post a Comment