Saturday 24 November 2018




U Hekk Hu.

U hekk hu, għaliex illum neħħejna
kull maskra li rabbejna
imqar dik tal-mistħija
u kull korazza ħoxna li fassalna
fil forġa tat-tqanqil sabiex nilqgħu
għall-ħbit tal-kotra tigdeb
jew tibża minnha nfisha.

Għax issa sirna nħarsu f’għajnejħ
kull mostru li kabbarna
fl-irkejjen ta’ ħwejjiġna
wild il-biża
u d-duħħan ta’ kull twemmin
li fiħ trawwamna


Neħħejna ċ-ċpar, in-nida u d-duħħan
u xħin l-arja ċċarat
ġejna wiċċ imb wiċċ
mal baħħ.

Alfred Grech
24/11/2018

No comments:

Post a Comment