Monday 11 March 2019





146.

Jien kont infittex skuża biex niskarta,
Int kont qed tfittex oħra biex tarani,
U jidher li rnexxielek inti l-ewwel.
Imbagħad xħin aħna t-tnejn erġajna ltqajna
Il-ħin waqaf! Int kont qed tħares lejja
U tiflini bla ma tidher u jiena
Kont inħares lejk bla ma ningħaraf..
Int taf fejn nistenniek u taf li niġi,
Hemmhekk fejn ma tarax u d-diskors jieqaf,
Hemmhekk, fejn tisma’ biss tan-nifs il-ħsejjes,
Imbagħad int teħles bħal għasfur mill-gaġġa
Xewqati li ssib l’huma multitudni.
Għaliex minn dak li jien ma ridtx kont nibża’,
U ħrabt minn dak li bżajt li għad ikolli.

Alfred Grech
11/03/2019

No comments:

Post a Comment