Wednesday 13 March 2019




Ħassejtni Sew.

Hassejtni sew matul il vjaġġ li m’għażiltx jiena,
sibt ruħi sew fid-deffa, misjuq mill-bqija
għax kont qed niġri mal-kurrent
u fejn kien qed isuqni
kont niġri mal-oħrajn u nsib il wens tal-massa.
Jinħtieġ li nsib it-triq tas-serħ u tal-fejqan
u din tkun waħda minnhom.

Iżda llum li ġejt fit-tarf ta’ rdum
u ser tispiċċa dil kruċiera
mal-ħafna oħrajn ħenjin għax qatt ma tbiegħdu
nintasab waħdi hawn fuq dan is-sies
f’eżami tal kuxxjenza
nistaqsi lili nnifsi u lir-riħ
ivenven mal-quċċata
kienetx mistħoqqa dit-tkaxkira
jew il ħsejjes kollha li tagħmel kull tfaqqiegha,
jew jekk hijiex din mixja għalxejn
fis-sotterrana tal-inkoxxjenza.

Alfred Grech
13/03/2019


No comments:

Post a Comment