Sunday 3 March 2019






Tagħmilni Bħal Farfett.

Tagħmilni bħal farfett kull xħin taqbadni
bejn idejk u toqgħod tmelles
tnehhili l-għabra minn mal-ġwienaħ
l-ilwien illi jsebbħuni.

Tagħmilli bħaż-żunżan iddur ma rasi
taħlita mistika tas-sensi kollha f’daqqa
ma tħallinix indur minn warda għall-oħra
u l-ward ma jiddakkarx.

Żewġ kalamiti aħna
jew nirrumbaw inkella
nitbiegħdu minn xulxin.
Il-ħin, il waqt jew il-burdata
ma iltaqgħux u qisna galassiji
nitfarrku u nsiru geġwiġija.

Bżieżaq tal arja li jinħlew
sakemm jaslu f’wiċċ l-ilma.

Alfred Grech
03/03/2019

No comments:

Post a Comment