Tuesday 26 March 2019




Jien Qatt Ma Ridt Nitilqek.

Jien qatt ma ridt nitilqek,
ridt nibqa hawnhekk
inkaxkar saqajja fir-ramel ta’ deżert
mingħajr konfini.
Iżd’int imbagħad ħażżist it-truf
li jien ma kellix naqbeż.

Jien qatt ma ridt nitilqek,
waqqaft il-ħin u ħloqt l-ispazju
u b’hekk stajt nislet
l-imnaddaf mill-imniġġes
u xtaqt li kull tifkira tibqa’ għal dejjem.

Bħax-xeneġġjat il-ġrajja tagħna
f’sensiela ta’ puntati
u t-tmiem ma jasal qatt.

Xħin tlaqt imbagħad intbaħt
li qed nistrieħ u qed nistrieħ għal dejjem.

Alfred Grech
27/03/2019

No comments:

Post a Comment