Wednesday 20 March 2019




Biex Naqbad Dubbena Oħra

Biex naqbad dubbiena oħra
U ngħid li ksirt ir-rekord
Ta’ kaċċatur li jolqot
U nibqa’ mingħajr armi
Izd’għandi l-aqwa tarka
Li hi l-kompliċita’.

Ej’ niġġerrew flimkien
U ħielsa ntiru qisna friefet
Imqarr jekk għad imkien ma naslu
U mbagħad ħallik ħa tgħidli
Li jiena bqajt ma kbirtx.

Qatt smajt il-ħoss li tagħmel
Ir-ruħ li nqabdet ġo trabokk
Fis-skiet li jtarrax il-widnejn?

Kull m’għandi bżonn
Li jkolli ‘l-min jismagħni
Inkella li noqgħod filgħaxija
Ngħod waħda waħda l-kwiekeb li jitilfu.

M’għandix bżonn tal-parir
Għaliex kull kif
Jien lanqas biss nisimgħu.

Alfred Grech
20/03/2019

No comments:

Post a Comment