Monday 18 March 2019




Mhemm Xejn Aktar.

M’hemm xejn għajr dit-titjira
fuq sħab itturfnat fl-estremi
ta’ dak li tagħraf taħt sema imlibbes
l-ilwien ta’ qabel tlugħ ix-xemx
bil-ġwienaħ ta’ avultun li jrid ifittex
ta’ jum ieħor fuqhiex jitrejjaq.

M’hemm xejn għajr diskursata
ma twassal għal-imkien
tħaqqieqa oħra biex jgħaddi l-ħin
u mingħalik sirt għaref aktar milli jmissek
imbagħad mhux ħlief tintebaħ
li mxejt wara min irid jinqeda bik.

U bqajt ma ntbaħtx li l-fruntiera
ta’ bejn is-sottomess u r-ribelli
mhijex daqshekk efimera
fl-evanexxenza ta’ dak li tara li qed jiġri
kopjun preskritt
li tiegħu int u jien
atturi prediletti.

Alfred Grech
18.03.2019

No comments:

Post a Comment