Friday 1 March 2019




Lanqas Xejn ma Jkun Jimporta.

Jien naqra nkun idejk
Waqt li tmellisli,
U int tkun qisek perla mwieżda mill-arzella.

Dan hu lingwaġġ ta’ min hu kompliċi
Għax nasfu t-tnejn li aħna li ġewwa fina
Inġorru nfern u ġenna.

Għalhekk irridu nibnu
Ħitan inevitabbli
Biex ninwadraw kexxun
Fejn ħadd ma jpffendina
Mingħajr ma nħarsu lura
Mingħajr il-ħtieġa ta x’interpretu
Biex nifhmu d-dinja.

Jista’ jkun ma ningħoġbux
Iżda lanqas xejn ma jkun jimporta.

Alfred Grech
01/03/2019

No comments:

Post a Comment