Thursday 21 March 2019


Image result for going round in circles

Bħal Ħaddieħor.

Bħal ħaddieħor aljenat
b’dak li nara li qed jiġri.
Bħal ħaddieħor
qed ninġarr mill kurrent inkonsistenti
attaparsi sibna l-ġdid
kull xħin nikxfu kewkba ġdida
waqt li ntennu litanija
illi stajna konna aħjar.
Bħal ħaddieħor nippassiġġa
ndur u nagħqad f’ċirku tond
mingħalija li qed  niġbed
ma ħaddieħor ħabel twil
sabiex naslu f’tarf is-sies
u minn hemm immorru lura
minn fejn ġejna bħalma
għamlu ta’ qabilna
bħalma nara li qed jagħmel
hekk kullħadd.
Bħal ħaddieħor qed nilgħabha
din il-logħoba t-ossessjoni
u inti taf li qed nilgħabu
u inti bħali qed tilgħabha
u taf bħali ġa minn qabel
x’ser ikun ir-riżultat.
Bħal ħaddieħor qed nilgħabu
u hekk nibqghħu,
dan minkejja r-riżultat.

Alfred Grech
21/03/2019

No comments:

Post a Comment