Friday 25 August 2017





Meta Ma Jibqagħlniex Xi Ngħidu.

Meta ma jibqagħlniex xi ngħidu
U jiskot ta’ bejnietna ż-żarżir
Ta’ rota ta’ karettun li tilfet in-nofs tagħha
U nibqgħu ma xulxin għax imdorrija,
Inti ssir il-kwadru ta’ mal-ħajt
U jiena nibda nfittex sulfarina.

Meta għadna ma xulxin
U ngħidu ta’ kulljum ġagulatorji li ’ssa drajna
Sa miċ-ċokon,
U ngħidu lilna nfusna
Li baqa’ ħafna żmien sa meta jilħaq l-għabex
Ninqabdu ġewwa għanqbuta
Ta’ dak li sibna ruħna fiħ mingħajr ma ntbaħna
Li konna biċċa minnu.

Alfred Grech

25/08/2017

No comments:

Post a Comment