Saturday 5 August 2017



Xħin Ma Nibqax Ingerger.

X’ħin ma nibqgħax ingeger
U ngħid fuq dak u dik,
Nittama lanqas inti
Ma tieħu qatt għalik.

Xħin tħares ftit madwarek
Profeta mhux magħruf
U ssib is-sens tal-ħajja
Fil-ftit taż-zmien misluf,

Mhu xejn għajr ħolma kera
Duħħan li qatt ma kien
Inkella bħal min jilgħab
U jgħaddi ftit biż-żmien.

Jien noqgħod waħdi naħseb
Jekk hux qed naħli l-ħin
Ukoll jekk din tkun ħasra
Spiċċajt  mal-mitlufin.

Alfred Grech.

04/08/2017

No comments:

Post a Comment