Tuesday 22 August 2017





Tintilef fis-seigħat.

Hux dak li kellek tagħmel
U jibqa’ ż-żmien għaddej,
Int lanqas taf tgħix ħajjtek
U sejjer ma tafx fej’.

Inkella timxi mgħaġġel
Fost ħafna tislijiet,
Trid tagħmel kollox f’daqqa,
Tfikilt ukoll fl-għażliet.

Jekk tniggżek il-kuxxjenza,
Għax ftit ikkumplikat,
Tgħodd waħdek is-sekondi
Tintilef fis-sigħat.

Alfred Grech

22/08/2017 

No comments:

Post a Comment