Thursday 24 August 2017




U Trid Tkun Dejjem Int.

U trid tken dejjem int
Biex ninsa l-għawġ tal-bieraħ
Li sar duħħan u ċpar,
U telaq mal-kliem fieragħ.

U trid tkun dejjem int
Li tiġi biex turini,
Kemm hu sabiħ il-lejl,
U titlaq u tħallini.

Kull fjamma li tkun xegħelt,
Ħaddieħor jitfijieli
Xħin  ma jerġax tkun int
Arani reġa’ bdieli.

Alfred Grech

23/08/2017

No comments:

Post a Comment