Thursday 17 August 2017



Taraġ.

Nitilgħu tarġa, tarġa, dan it-taraġ
Kull tarġa mbagħad tinbidel il-viżjoni,
Kull meta għażilna triq fi sqaq spiċċajna,
U ħsibna li s'hemm twassal il-missjoni.

Kull meta qtajna l-lottu ħadna l-ħajja
Bħax-xtieli u l-ward li ssibhom biss fil-ġonna,
Imbagħad intbaħna li qiegħedin fejn aħna
għaliex imaxejna ma bqajniex fejn konna.

Alfred Grech

17/08/2017 

No comments:

Post a Comment