Thursday 14 May 2020


Traveling to different countries allows you experience and explore ...

Tifkiriet.

Imqar jekk nitlef is-seħer taż-żmien
Id-dehera bikrija tibqa’ mċappsa żlieġa mal-ħġieġ
Opak tat-tifkira daħna titlajja
Jew tisseqqer fuq l-irmied u l-ġamar
Tal-imgħoddi  bħal feniċju.
Il-biża’ tal-iskanatament jisserpeġġja
Fuq il-blugħa tas-sorpriża
Għaliex jekk ma tgħaddix minnu
Lanqas taf xi jfisser il-wied tad-dmugħ.
Kwadri ta’ waqtiet mgħoddija
Imdendla mal-ħitan evanexxenti.
Bħal bżieżaq tal-arja li jitilgħu
Mid-dlamijiet ta’ qieġħ il-baħar
Vulkani fl-oċean biex jinfaqgħu f’wiċċ l-ilma.
Ħallihom hemmm bħall- kwadri mal-ħitan
Fis-sensazzjoni ta’ waqtiet
Li jgħaddu.

Alfred Grech
14/05/2020

No comments:

Post a Comment