Tuesday 19 May 2020


Antique bronze sculpture Ajax defying the Gods - Deconamic ...

Hekk Biss.

Hekk biss tista’ tirbħilhom lill-allat
Mhux bil-wegħeda tal-ġejjieni
Jew bit-tama ta’ ferħ ġdid
Iżda billi tixxaħxaħ fid-dija ta’ kull waqt
Fis-sħana tax-xemx tisreġ;
Billi tirkeb il-mewġa
U titqarben bis-seħer tal-mara
Li għandek f’idejk u li laqtitek
Bid-daqqa ta’ ħarta u ħalliet
Il-marki tat-takkuna fuq il-ġilda ta’ ġismek.

Hekk bis tista’ tirbħilhom lill-allat
Bl-isfida tal-ġrajja tiegħek
Li tiżboq saħansitra dik tal-univers.

Alfred Grech
19/05/2020

No comments:

Post a Comment