Sunday 3 May 2020


Absurdism - Wikipedia

Assurd.

Mhux hekk inħossni jiena ta’ kull darba
li jisbaħ jum bla xemx u nkun bla sabar?
Għalhekk din il-pjaneta li ġejt fiha
issenslet bit-tifrik tal-pandemija,
għalhekk il vaganond ta’ mingħajr saqaf
bebbuxu li fuq dahru jġorr destinhu
isir ma jafda ‘l-ħadd: kulħadd ġo darhu
magħluq fit-tul minn wara t-tieqa jnemmes.
Minkejja l-ħabs tad-disorjentazzjoni
irridu xorta waħda fejn nitmattru
saqajna fl-art u barra l-friex noħorġu.
Is-sema mimli sħab u telqu l-kwiekeb
kull waħda minnhom saret kewkba feġġa.
Int tista’ tiġi ħdejja u nibnu tinda
u nistgħu aħna t-tnejn inkunu xhieda
ta’ dat-tiġdid, tat-trasfigurazzjoni.
Imqar jekk tħosspk ma tistax tiċaqlaq
ma tafx xi trid, jew lanqas taf fejn sejjra.
Kun af li ma kienx hemm ebda tifsila;
għad-diwi tiegħek l-univers iwieġeb
u bħali tista’ tħossok l’int falluta
u xorta trid li tibqa’ tagħti sehemek.

Alfred Grech
03/05/2020

No comments:

Post a Comment