Friday 15 May 2020


Man Woman Seesaw Stock Photos & Man Woman Seesaw Stock Images ...


Jien Noqgħod Hawn Infaħħrek.

Nistaqsi meta jkun hemm dak in-nar
Dik it-taħrika li ma tħallinix noqgħod b’sabri
Biex il-ġiri ma jkunx tqil
Wara d-dellijiet oskuri ta’ war nofsinhar
U nerġa’ lura d-dar miblugħ
Nilgħab mal- ġugarelli ta’ moħħi
Ma nafx liem’alla kien laqgħatni
Bil-velġġa velenuża.

Illum naqilbu l-folja u nibdew
Kapitlu ġdid biex inħarsu lejn ix-xefaq
Qisu l-bieraħ qatt ma kien
U qatt ma taf it-trab li jtir mar-riħ
Fejn ser jispiċċa, bħalma lanqas taf
Kemm se ddum din il-ħarifa tagħna.

Issa telaq dak is-seħer
U hekk intemm episodju ieħor
Ta’ dan ix-xeneġġjat li jħallik miblugħ
Bl-inkonsistenzi tiegħu.
U mill-ġdid nerġgħu nagħmlu bandla
Fejn inti tkun minn fuq
U jiena noqgħod isfel.
Xejn ma jkun ġara
Jien noqgħod hawn infaħħrek.


Alfred Grech
15/05/2020

No comments:

Post a Comment