Thursday 21 May 2020



🇲🇹 Why I Left Malta | Jean Galea
Huma Li Bnew.

Huma li bnew u għadhom jibnu,
Aħna li sibna niċċa u dħalna fiha.
Huma li serqu u ħadu ta’ ħaddieħor
Għalihom l-imxija hi biss skuża.
L-imxija bla ħitan u bla fruntieri
Aħna mitlufin fl-inkwadratura ta’ mal-ħajt
Bħal kieku konna oġġett ta’ riflessjoni.
Iżda ma rridux nemmnu li tlifna
T-triq għaliex ma żammejniex il-pass
U ma mxejniex magħhom.
Mhemm xejn li rridu nġibu lura
U mhemmx xejn x’irridu nagħtu.
Ir-rebbieħa tal-bieraħ huma
T-telliefa tal-lum u aħna l-plebei
L-ilsiera ta’ dejjem niżfnu fuq qabarhom.
Mhemm xejn għal xhiex tiddejjaq
Għax issa żmien il-ħsad
U t-torrijiet li bnew kienu biss
Taħwid f’moħħom u ilsna ma jinftiehmux.
L-andar kollu jrid jinħaraq
Iżda jien u int baqgħalna talinqas
Jum ieħor ta’ ħajja. Ejja ngħixuħ
U nisfidaw lill-allat;
Mill-bqija bżar fl-għajnejn.

Alfred Grech
21/05/2020.

No comments:

Post a Comment