Saturday 23 May 2020


L' Incanto della Pittura

Seħer.

Inti li taħseb li ridt inkellmek
Xħin tiġi kull filgħodu tħabbat
Il-bibien tas-sabar tiegħi
U tiftaħ bil-muftieħ tal-illużżjoni
Il-maqdes ta’ tqanqil il-qalb
Bla biss tistaqsi għal ġieħ wiċċek
Fejn hu tassew it-taraġ
Li jwasslek ’l-fuq mis-sħab;

Inti  taħseb li fix-xejn ta’ dal-waqtiet
Xħin tiġi ħdejja hemm is-sagrifiċċju ġdid
Ta’ min inxtewa’ fuq gradilja
Sabiex inkunu nistgħu nagħllmu lill-ħaddieħor
Frott it-tbatija?

Jekk le, ħares ftit  fil-mera
U ara jekk hux qiegħda tara sewwa
Dak li nara qiegħed jiena
Ir-rifless tad-dwejjaq primordjali
Inkella ċpar li jdub ma tlugħ ix-xemx.

Alfred Grech
23/05/2020.


No comments:

Post a Comment