Saturday 2 May 2020


How To Tell When It's Riħ Isfel - Lovin Malta

Fi Ġranet Bħal-Lum.

Fi ġranet bħal lum
Meta r-riħ isfel jaħbat ma ħaddejk
Bid-daqqiet ta ħarta tat-telqa tad-dwejjaq
U tal-ennui tal-ħajja
Fejn li tgħix huwa flaġell minn waqt għall-ieħor
Tiġi inti u tirbaħ il-ġlieda
Kontra l-amneżija u rqad fid-dawl tax-xemx
Bid-dehera ta’ surtek immakalata,
Li tinfed saħansitra s-swar.
Imqar illum infittxu sufra
Bħall- kelma li tista’ teħlisna mill-għarqa
U żżomna ngħumu bħal miżien
Fuq wiċċ l-ilma tal-konfini
Bejn dak li hu tassew
U dak li hu mistħajjel.
U jista’ wkoll li jagħti lewn
Lil ħolm li qed noħolmu.

Alfred Grech
02/05/2020.

No comments:

Post a Comment