Wednesday 27 May 2020


Chiara Camilleri

Lil Chiara.

Għalina li ninħtieġu l-loppju
U d-droga tal-alluċinazzjoni
Mhux il-priedki minn fuq l-iskermi
Jew fl-awla ta xi maqdes imperjali.

Għalina l-ġwienaħ tal-friefet
Li jduru minn fuq warda għall-oħra
Inkella tal-għasafar tal-passa
Li qatt ma sabu bejta.

Għalina s-skiet u l-ħemda
Ta’ dinja ggranfata mal-biża’
Ta’ ruħ fin-nawfraġju
Tal-imxija.

Għalina li naraw kollox
Minn lenti oħra.

Alfred Grech
27/05/2020.

No comments:

Post a Comment