Friday 8 May 2020


Finish line far out of sight in Nigeria's race to beat corruption ...

L-Għadu ta’ Bla Wiċċ.

Din kienet stedin’oħra mingħand l-allat
Ta’ fuq l-għolja u jiena li qatt
Ma ridt inkun fil-merħla tal-ikkundannati
U tal-korrotti qatt ma stajt negħreq ġewwa baħar
Tal-assurdita’ u bdejt ngħanni għanja ġdida
U ndoqq it-tnabar tiegħi mqar jekk kont stunat.
Ridt nislet mill-qamar kwinta fflaġellat
Jgħum  fid-deheb tad-dellijiet tad-dlam
Li qatt ma stajt ninsa’ jew dawk
Li tant kont xtaqt inħaddan f’tagħnniqa waħda.  
Dakinhar ridt inkun bħalhom
Jew nibni punt ġdid u ndewwi l-grieħi
Veri jew mistħajjla li jindraw.
Illum nistqarr dak kollu li jżommni milli nikber
Jew infieq u ma nħarisx il-bogħod biex noħroġ
Mit-trabokk jew nasba li ħejjewli. Lanqas jekk nibda
Ndur u nagħqad   daqs makna tal-ħasil
Għax naf li ħadd ma jrid iħarrek l-ilma qiegħed
U spiċċajt jien waħdi niġġieled il-pesta
l-għadu ta’ bla wiċċ.

Alfred Grech.
08/05/2020.


No comments:

Post a Comment