Thursday 30 April 2020


The Road Not Taken | RadioWest

Tqila.

Tqila li torbot idejk u tingħalaq ġo gaġġa,
 Ġol-ħabs ta’ dak li ħsibt li jista’ biss ifarrġek .
Tqila li tintrabat
U tixxekkel bix-xatba tiegħek stess li tagħti
Għat-triq li twassal għall-għażliet il-ġodda
It-toroq tal-infinit
Fejn lanqas biss tiftakar
Minn fejn bdejt.
Trid titlaq minn fejn ħallejt is-skiet tiegħek
Trid tħalli x-xtajta desolata u toħroġ mill-baħar li fiħ għereqt
Biex tibda’ turi lilek innifsek it-toroq ġodda li qatt ma terraqt
Jew is-sqaqien li qatt ma dħalt ġo fihom
Li għandhom it-twieqi u l-bibien jinfetħu l-ġewwa
Fejn hemm il-fjamma li tixgħed fis-skiet.
Imbagħad tibda’ tixxennaq
Għal dak li li setgħet kienet tassew
Is-sejħa tiegħek.
Seta’ kellek dak kollu li jilma’
F’għajnejn ħaddieħor
Iżda ħarablek minn idejk
Dak li tassew kont int.

Alfred Grech
30/04/2020.

No comments:

Post a Comment