Saturday 21 January 2017


108.

“And when each day is the same as the next, it’s because people fail to recognise the good things that happen in their lives every day that the sun rises” Paulo Coelho: The Alchemist p.27.

Vertiġinuża r-realta’ xħin tqum filgħodu
Tistenna l-matutin tal-ħsibijiet imxekkla,
Tiċċassa jekk tkun taf li dan jum ieħor
Bħal dawk il-jiem ta’ qabel ser jitgerbed.
Ma taħseb f’xejn, tistenna xejn li għada
Għad jista’ jkun xi ftit jew wisq jixxiebaħ;
Filgħodu tibza’ ’llum hu differenti
U tibqa’ mwaħħal hemm fl-istess binarju.
Illum ikun bħal bieraħ u ta’ qablu,
Għax ma tistenna xejn li se jinbidel,
U tidħol fir-ritwal bħal fir-rutina,
U tibda tibza’ tbiddel anki nota;
U tgħereq fil-morbosżita’ tad-dieqa
U tibda flok ingassa ssib ħannieqa.

Alfred Grech

21/01/2016

No comments:

Post a Comment