Friday 20 January 2017



XIV.

Kull bidu f’ħolqa t-tarf idomm mibdija,
Ġrajjiet fiż-żmien kull waħda wara l-oħra.
Twelidi lanqas naf kienx jgħodd għalija
Bin id-destin, setax ikun xort’oħra.

L-għażliet tal-bidu kienet ta’ ħaddieħor,
Biex stajt jien dħalt f’dil-ġrajja kif mibdija;
Nissokta ma ħaddieħor wara l-ieħor,
Li ġara kien, aktarx  sibt jien xortija.

Kull bidu ta’ tmiem ieħor hu t-tkomplija
Sakemm il-barra joħroġ minn idejna;
Iħabbar it-tiġdid f’ħajjiet moħlija,
U lilna jerġa’ jbiddel qabel bdejna.

Kull att tal-bidu jġorr il-biża miegħu,
Tal-mhux magħruf ifittex it-triq tiegħu.

Alfred Grech

14/10/2011

No comments:

Post a Comment