Monday 23 January 2017



109.

Ja riħ tat-tramuntana li ġġor miegħek
Kull deni li jittieħed ma kull fewġa
Iġġiegħel lil kulħadd fis-skiet ta’rkejjen
Għas sħana tal-fuklar li n-nar jiċċassa.
Ja riħ tat-tramuntana li ġġorr miegħek
L-irwejjeħ tat-tamiet ta’ min pajjiżu
Ħallieħ warajh biex kompla fit-triftixa
Ta dak li lanqas jaf, il-ħolma tiegħu.
Ja riħ tat-tramuntana li tkellimni
B’lingwaġħġ li mhux tal-kliem jew b’xi taħżiża
Li tista’ tfissru biss din l-għanja siekta
Li tibqa’ tidwi wkoll mal-ħajja wieqfa.
Imm’int ħafif, int ħieles bl-ebda rabta’,
U  tonfoħ kull fejn trid, hekk ħabta u sabta.

Alfred Grech

23/01/2017.

No comments:

Post a Comment